Ġebla Mgerba u Qabar Vojt
Evanġeliżmu • Sermon • Submitted
0 ratings
· 27 viewsNotes
Transcript
Qari:
Qari:
1 Korintin 15:12-18, 26
12 Jekk Kristu hu mxandar li qam mill-imwiet, kif jgħidu xi wħud minnkom li ma hemmx qawmien tal-mejtin? 13 Jekk ma hemmx qawmien tal-mejtin, anqas Kristu ma qam mill-imwiet. 14 Imma jekk Kristu ma qamx mill-imwiet, fiergħa hi l-predikazzjoni tagħna, u fiergħa wkoll il-fidi tagħkom. 15 U aħna noħorġu wkoll ta’ xhieda foloz ta’ Alla, għaliex inkunu tajna xhieda kontra Alla li huwa qajjem lil Kristu mill-imwiet, filwaqt li ma jkun qajmu xejn, jekk hu tassew li l-mejtin ma jqumux. 16 Għax jekk il-mejtin ma jqumux, anqas Kristu ma kien imqajjem. 17 U jekk Kristu ma kienx imqajjem, fiergħa l-fidi tagħkom, u intom għadkom fi dnubietkom. 18 U mitlufa wkoll huma dawk li raqdu fi Kristu. 19 Jekk għandna tama fi Kristu għal din il-ħajja biss, aħna l-aktar nies imsejkna fost kemm huma l-bnedmin. 26 L-aħħar għadu li jinqered tkun il-Mewt;
Introduzzjoni
Introduzzjoni
Meta mmorru naraw xi film ġdid li l-atturi tiegħu jkunu famużi u t-tmiem tal-film ikun wieħed li ma tantx jagħmel sens dan jista’ joħloq diżappunt fina.
Nimmaġinaw kemm kien ikun ta’ diżappunt kieku l-Evanġelju jintemm bid-dfin ta’ Ġesù? Ġismu baqa’ fil-qabar filwaqt li l-Ispirtu tiegħu mar lura għand il-Missier.
Dan it-tagħlim hu assurd u assolutament ħażin għax kieku l-pjan t’Alla taż-salvazzjoni kien ikun falliment. Il-qawmien mill-mewt bir-ruħu l-ġisem għamel id-differenza.
Ħafn huma dawk li jipriedkaw dwar il-mewt ta’ Ġesù imma għanqas huma dawk li jipriedkaw fuq il-fatt li Kristu qam minn bejn l-imwied. Mhux ta’ b’xejn li l-famuż pittur Taljan Michelangelo, fi żmienu, kien sorpriż meta ra l-ħafna pitturi ta’ Ġesù qied imut.
Iva, Ġesù baqa’ fil-qabar imma fit-tielet jum reġa’ qam minn bejn l-imwiet. Bl-istess mod li l-mewt ta’ Ġesù hija parti integrali mis-salvazzjoni tagħna, daqstant l-qawmien ta’ Ġesù minn bejn l-imwiet u l-qabar vojt huma sinifikanti għalina fejn tidħol s-salvazzjoni.
I. IL-QAWMIEN JISSIĠILA L-EVANĠELJU
I. IL-QAWMIEN JISSIĠILA L-EVANĠELJU
14a Imma jekk Kristu ma qamx mill-imwiet, fiergħa hi l-predikazzjoni tagħna...
A. L-Evanġelju (l-Aħbar it-Tajba) hu l-qawwa ta’ Alla għas-salvazzjoni ta’ dawk kollha li jemmnu (Rumani 1:16).
A. L-Evanġelju (l-Aħbar it-Tajba) hu l-qawwa ta’ Alla għas-salvazzjoni ta’ dawk kollha li jemmnu (Rumani 1:16).
1. Permezz tal-evanġelju, il-qawwa ta' Alla tidher. "Qawwa" bil-Grieg hija "dunamis" li tfisser qawwa li tirriproduċi ruħha minnha nnifisha bħal dynamo. Dynamo huwa mekkaniżmu li jikonverti enerġija mekkanika f'enerġija elettrika.
2. L-Evanġelju jipproduċi twelid ġdid spiritwali, jipprovdi mezz għas-salvazzjoni mill-jundizzjoni midinba tagħna, jagħti grazzja (mhux bil-mertu tagħna), jiġġenera l-fidi, jiġġenera l-ħelsin (mill-jasar tad-dnub), jagħtina nutriment li neħtieġu biex nimmaturaw fil-ħajja spiritwali tagħna, jwiegħed immortalità (ħajja eterna), jagħtina l-paċi (mħux bħal ma toffri d-dinja), jagħtina protezzjoni (permezz tad-demm ta’ Kristu), jagħtina barkiet sħaħ (aktar milli nifilħu).
B. Is-salvazzjoni tinkiseb billi wieħed jistqarr u jemmen. Jistqarr xiex u jemmen f’hiex?
B. Is-salvazzjoni tinkiseb billi wieħed jistqarr u jemmen. Jistqarr xiex u jemmen f’hiex?
9 Għax jekk inti tistqarr b’fommok li, “Ġesù hu l-Mulej”, u temmen b’qalbek li Alla qajmu mill-imwiet, inti ssalva. 10 Wieħed jemmen f’qalbu biex isir ġust u jistqarr b’xufftejh biex ikollu s-salvazzjoni. (Rumani 10:9-10).
1. Huwa META NISTQARRU (li Ġesù huwa Mulej) u NEMMNU B’QALBNA (li Hu qawmien mill-imwiet) li se NIKSBU s-salvazzjoni.
2. Hemm bejn wieħed u ieħor, distanza tas-pied bejn il-ħalq u l-qalb. Hekk kif aħna nistqarru li Ġesù huwa Mulej, ejjew inħallu din l-istqarrija tinżel aktar fil-fond f’qalbna billi nemmnu fil-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet.
II. IL-QAWMIEN ISAĦĦAĦ IL-FIDI TAGĦNA
II. IL-QAWMIEN ISAĦĦAĦ IL-FIDI TAGĦNA
14b ...u fiergħa wkoll il-fidi tagħkom.
17a U jekk Kristu ma kienx imqajjem, fiergħa l-fidi tagħkom...
Mingħajr il-Qawmien mill-Imwiet, għadna fid-dnubietna.
Mingħajr il-Qawmien mill-Imwiet, għadna fid-dnubietna.
17b u intom għadkom fi dnubietkom.
1. Jekk Ġesù ma qamx minn bejn l-imwiet, aħna ikundanati għal dannazzjoni eterna għaliex aħna nibqgħu dejjem fid-dnub.
2. Jekk Ġesù ma qamx minn bejn l-imwiet, il-ħajja eterna hija biss ħolma għal dawk li jixtiequ jkunu ħielsa mid-dnub.
A. Mingħajr il-Qawmien mill-Imwiet, dawk li jmutu fi Kristu jintilfu
A. Mingħajr il-Qawmien mill-Imwiet, dawk li jmutu fi Kristu jintilfu
18U mitlufa wkoll huma dawk li raqdu fi Kristu.
1. Jekk Ġesù ma qamx minn bejn l-imwiet, dawk il-kredenti mejta li kienu jemmnu f’ Ġesù mhumiex l-Ġenna iżda l-infern mitlufa għal dejjem.
2. Jekk Ġesù ma qamx minn bejn l-imwiet, dawk li jmutu fi Kristu m'għandhom l-ebda tama tal-Ħatfa fl-Ajru meta Ġesù ser jerġa’ jiġi għal dawk li huma tiegħu.
B. Mingħajr il-Qawmien mill-Imwiet, mhem l-ebda tama wara l-mewt.
B. Mingħajr il-Qawmien mill-Imwiet, mhem l-ebda tama wara l-mewt.
13 Jekk ma hemmx qawmien tal-mejtin, anqas Kristu ma qam mill-imwiet.
16 Għax jekk il-mejtin ma jqumux, anqas Kristu ma kien imqajjem.
26 L-aħħar għadu li jinqered tkun il-Mewt...
1. Il-Qawmien għeleb il-mewt—mewt tal-poplu u l-mewt ta' Ġesù nnifsu. (vrus13-16).
2. Meta Ġesù miet fis-salib, Huwa għeleb lil Satana (l-ewwel Ghadu), iżda meta Huwa qam minn bejn l-imwiet, Huwa għeleb il-mewt (l-aħħar Ghadu). (v26).
III. IL-QAWMIEN JAGĦTI PROVA TA’ DAK LI NXANDRU
III. IL-QAWMIEN JAGĦTI PROVA TA’ DAK LI NXANDRU
15 U aħna noħorġu wkoll ta’ xhieda foloz ta’ Alla, għaliex inkunu tajna xhieda kontra Alla li huwa qajjem lil Kristu mill-imwiet, filwaqt li ma jkun qajmu xejn, jekk hu tassew li l-mejtin ma jqumux.
Il-Kristjaneżmu mingħajr il-Qawmien huwa vojt u bla sens. Il-Qawmien huwa l-pedament tax-xhieda u xirka tagħna m’Alla. Il-Mulej deher u ntmiss kemm QABEL kif ukoll WARA l-Qawmien.
1 Dak li kien mill-bidu, dak li aħna smajna, li rajna b’għajnejna, li lejh ħarisna u li messew idejna, jiġifieri l-Kelma tal-ħajja, dan sejrin inxandrulkom. 2 Għax il-ħajja dehret u aħna rajnieha u qegħdin nixhdu għaliha. Qegħdin inxandrulkom il-ħajja ta’ dejjem li kienet għand il-Missier u dehret lilna. 3 Qegħdin inxandrulkom dak li aħna rajna u smajna, biex intom tissieħbu magħna, u l-għaqda tagħna tkun mal-Missier u ma’ Ibnu Ġesù Kristu. 4 U qegħdin niktbu dan biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. (1 Ġwanni 1:1-4)
Ġesù mhux xi karattru fitizzju, Hu għix u għammar ma’ l-appostli. Tant hu hekk li l-qawmien mill-mewt ta’ Ġesù kien il-pedament għal ministeru u għall-uffiċju tal-appostlu.
Wara li Ġuda ttradixxa lil Ġesù w imbagħad neħħa ħajtu l-appostli riedu jagħżlu ieħor minnfloku. Il-kriterja tal-għażla kienet fost affarijiet oħra li jkun xhud tal-qawmien ta’ Kristu.
21 Jeħtieġ għalhekk li jingħażel wieħed minn dawk li ssieħbu magħna tul iż-żmien kollu li l-Mulej Ġesù kien dieħel u ħiereġ magħna, 22ibda mill-magħmudija ta’ Ġwanni sa dak in-nhar li kien meħud minn magħna, u jkun flimkien magħna xhud tal-qawmien tiegħu mill-imwiet.” (Atti 1:21-22).
A. Permezz tal-Qawmien mill-Imwiet, il-Kristjan ikollu l-kunfidenza li jaqsam l-aħbar it-tajba.
A. Permezz tal-Qawmien mill-Imwiet, il-Kristjan ikollu l-kunfidenza li jaqsam l-aħbar it-tajba.
1. In-nies iridu jservu Alla uniku.
2. Ġesù huwa differenti minn allat, profeti, jew għalliema oħra. Hu wera fil-passat u juri fil-present u għad juri fil-futur il-qawwa tiegħu superjuri fuq kollox u kulħadd.
8 Ġesù Kristu hu dak li kien, il-bieraħ, illum u għal dejjem. (Lhud 13:8).
B. Permezz tal-Qawmien mill-Imwiet, il-Kristjan ikollu l-kuraġġ li jieqaf għal Kristu
B. Permezz tal-Qawmien mill-Imwiet, il-Kristjan ikollu l-kuraġġ li jieqaf għal Kristu
1. Huwa ħaj! Il-ġebla (madwar 4,000 kg) kienet ġiet imgerba 'l bogħod mill-qabar u l-qabar kien vojt.
2. Il-Mulej, aħna nemmnu u nipproklamaw li huwa ħaj. Huwa ħareġ mill-qabar biex jegħleb mewt.
· Talba
· Struzzjonijiet u Offerta
· Stiedina għall-Knisja u online
· Tislijiet
