Il-Kundanna Tad-Dnub ta’ Dawk li Jiċħdu ‘l Alla

Evanġeliżmu  •  Sermon  •  Submitted
0 ratings
· 3 views
Notes
Transcript
Rumani 1:18-23
18 Il-korla ta’ Alla tidher nieżla mis-sema fuq il-ħażen u l-inġustizzja tal-bnedmin li jżommu l-verità mjassra bl-inġustizzja; 19 għax dak li wieħed jista’ jagħraf minn Alla kien, iva, irrivelat lilhom; Alla stess urihulhom. 20 Il-kobor tiegħu li ma jidhirx, jiġifieri s-setgħa tiegħu ta’ dejjem, u d-divinità tiegħu, huma setgħu jagħrfuh sa mill-ħolqien tad-dinja, permezz tal-ħlejjaq, u għalhekk ma għandhom ebda skuża.
21 Imma għad li lil Alla għarfuh, huma la tawh ġieħ ta’ Alla li hu, u lanqas raddewlu ħajr; għall-kuntrarju, moħħhom intilef fil-bluha, u qalbhom bla dehen iddallmet; 22 waqt li riedu jagħmluha ta’ għorrief, bliehu 23 u bidlu l-glorja ta’ dak Alla li ma jintemmx ma’ sura u xbieha tal-bniedem li jintemm, tal-għasafar, tal-bhejjem b’erba’ saqajn, u tas-sriep.

Introduzzjoni

Ħafna huma dawk li jemmnu li Alla Hu mħabba u li dan mhu se jikkastiga lil ħadd minkejja l-istil ta’ ħajja li jkun għex. Tant hu hekk li f’kull funeral li nattendu tingħata l-impressjoni li dik persuna b’xi mod jew ieħor se tispiċċa l-Ġenna. Alla tassew Hu mħabba imma Alla Hu wkoll Ġust u l-għax ġust ma jistgħux jgħalaq għajnejh għad-dnub u jħalli l-midneb mingħajr xi forma ta’ kastig.
Issa, kemm dawk li jemmnu f’Alla u dawk li ma jemmnux huma midinbin. Iva aħna ‘lkoll midinbin għax iwrietna n-natura tad-dnub mingħand l-ewwel ġenituri tagħna, Adam u Eva. Forsi tgħiduli possibbli li għadek temmen f’Adam u Eva!?
Iva ħbieb tiegħi nemmen u nemmen dan mingħajr apoloġija! Nemmen, għax mhux biss insibuhom imsemmijin fit-Testment il-Qadim imma wkoll fil-Ġdid. Il-kbir Appostlu Pawlu jsemmi kemm lil Adam kif ukoll lil Eva meta kien qiegħed jikteb lir-Rumani, u lil Timotju. Ġesù nnifsu jirreferi għalihom fl-Evanġelju ta’ San Mark. U jekk kemm Pawlu kif ukoll Ġesù kienu jemmnu bihom, min jien biex ma nemminx li Adam u Eva kienu persuni reali?
Issa skond l-Iskrittura Mqaddsa naraw li d-dnubiet ta’ dawk li jemmnu verament fi Kristu jiġu maħfura iżda ta’ dawk li jiċħdu lil Ġesù jiġu ġġudikati u huma stess ikkastigati.
Għalhekk naraw li dawk li ma jridux jafu b’Alla se jiġu ġġudikati skont l-għemejjel tagħhom. F’Efesin 2:3 naqraw li dawk li ma jemmnux huma wlied il-korla t’Alla.
“Aħna wkoll għexna darba mgħarrqa fil-passjonijiet ta’ ġisimna; konna nagħmlu l-opri tar-rieda tal-ġisem u fehmietna; konna minna nfusna wlied il-korla, bħall-bqija tal-bnedmin.” - EFESIN 2:3
Iżda minn naħa l-oħra, skond Ġwanni 1:12, “...dawk kollha li laqgħuh tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla, dawk li jemmnu f’ismu...” - ĠWANNI 1:12
Mela hawn naraw li dawk li jiċħdu ‘l Alla huma wlied il-korla u se jiffaċċjaw il-kundanna t’Alla filwaqt li dawk li jilqawh huma wlied Alla u se jsibu l-maħfra t’Alla.
Dawk li jafdaw fis-sagrifiċċju ta’ Ġesù fuq is-Salib u jilqgħuh bħala s-Salvatur u Sid tagħhom, id-destin tagħhom se jinbidel, minn korla għal maħfra, minn mistħija għal unur, u minn kundanna għal glorja.
Ejjew naraw flimkien erba’ raġunijiet għala Alla hu ġust meta jikkastiga lil dawk li jiċħduh.

1. REVELAZZJONI

19 għax dak li wieħed jista’ jagħraf minn Alla kien, iva, irrivelat lilhom fihom nfushom; Alla stess urihulhom. 20 Il-kobor tiegħu li ma jidhirx, jiġifieri s-setgħa tiegħu ta’ dejjem, u d-divinità tiegħu, huma setgħu jagħrfuh sa mill-ħolqien tad-dinja, permezz tal-ħlejjaq, u għalhekk ma għandhom ebda skuża.

A. Alla Żvela (Irrivela) Lilu Nnifsu Lil Bniedem Internament (vs. 19).

Kif internament? Permezz tal-kuxjenza, dak il-leħen żgħir ta’ Alla li kull bniedem għandu, għax ġie maħluq minnu. Naraw li anke f’qiegħ ta’ Ġungla l-indiġeni wkoll ifittxu li jqimu xi alla.

B. Alla Żvela (Irrivela) Lilu Nnifsu Lil Bniedem Esternament (vs. 20).

Permezz tal-Ħolqien Tiegħu. Meta nħares madwari nara l-kobor t’Alla. Bilfors hemm xi ħadd intelliġenti li ppjana dak kollhu ta’ madwarna. Alla ma ħalliex lilu nnifsu mingħajr xhieda.

2. TIĊĦID

21a Imma għad li lil Alla għarfuh, huma la tawh ġieħ ta’ Alla li hu, 21b u lanqas raddewlu ħajr; 21c għall-kuntrarju, moħħhom intilef fil-bluha, u qalbhom bla dehen iddallmet;

A. Il-Bniedem Ċaħad ‘l Alla Għax Ma Gglorifikawhx bħala Alla (vs. 21a).

1. Li ma tigglorifikax lil Alla jfisser li tirrifjutah għax li tigglorifikah huwa li tfaħħru; tonorah; teżaltah; tittrattah bħala s-Sid; u tagħraf l-attributi Divini Tiegħu.
2. Ir-raġuni għaliex ġejna maħluqin kienet biex nigglorifikawh bħala l-Ħallieq u Sostenitur tal- Univers. “Kollox bih u għalih kien maħluq, hu li hu qabel kollox, u kollox fih qiegħed iżomm.” - KOLOSSIN 1:17
3. Li tirrifjuta li tagħti glorja lil Alla hija kburija. Erodi ngħata l-mewt talli ma tax glorja lil Alla. ”21Fil-jum magħżul, Erodi, liebes l-ilbies ta’ sultan, ħa postu fuq it-tron u għamlilhom diskors. 22Il-poplu nfexx jgħajjat u jgħid: “Dan leħen ta’ alla, mhux ta’ bniedem!” 23Iżda minnufih anġlu tal-Mulej laqtu, għax ma tax il-glorja lil Alla; ... u miet.” - ATTI 12: 20-23).
4. Is-Sultan Ne-buk-ad-nes-sar fil-ktieb ta’ Daniel qatta seba’ snin bħala miġnun sakemm ta glorja lil Alla.

B. Il-Bniedem Ċaħad ‘l Alla Għax Ma Raddlux Hajr (vs. 21b).

1. Li ma nirringrazzjawx ‘l Alla jfisser li qed inkunu ingrati u li qed niċħduh.
2. Meta ma nattribwixxux il-barkiet li Alla jagħtina kuljum inkunu qegħdin niċħduh.

C. Il-Bniedem Ċaħad ‘l Alla Għax Sar Fiergħah fi Ħsibijietu (vs. 21c).

1. Meta nwarrbu ‘l Alla minn moħħna nitilfu l-użu tar-raġuni.
2. Nispiċċaw napprovaw u ngħaddu liġijiet li jmorru kontra l-Kelma t’Alla bħal ma rajna anke f’pajjiżna. Illum saħansitra qedin niddiskutu fuq ix-xandir lokali l-abort li hu l-qtil tal-innoċenti.
3. Kultant nispiċċaw inħawdu l-imħuħ meta l-Knisja, biex tkun politikament korretta, tispiċċa taċċetta ċertu aġir li huwa kkundannat b-mod ċar fil-Bibbja.

3. RAZZJONALIŻMU

22 waqt li riedu jagħmluha (jew rieduha) ta’ għorrief, bliehu

A. Il-Bniedem Wasal Biex Bir-Raġunar Tiegħu Jqies Dak Li Hu Bla Sens Bħala Bis-Sens (vs. 22).

B. Il-Bniedem Wasal Biex Bir-Raġunar Tiegħu Jqies Dak Li Hu Ħażin Bħala Tajjeb (vs. 22).

C. Il-Bniedem Wasal Biex Bir-Raġunar Tiegħu Jqies Id-Dnub Bħala Dritt.

4. RELIĠJON

23 u bidlu l-glorja ta’ dak Alla li ma jintemmx ma’ sura u xbieha tal-bniedem li jintemm, tal-għasafar, tal-bhejjem b’erba’ saqajn, u tas-sriep.

A. Il-Bniedem Tilef Ir-Relazzjoni Ħajja li Kellu M’Alla f’Reliġjon Mejta (vs. 23).

1. Biljuni ta’ persuni għandhom reliġjonijiet li lanqas biss nafu sew fuqhom.
2. Biljuni ta’ nies oħra jgħidu li għandhom bżonn iqimu lil xi ħadd jew xi ħaġa.
3. Fost ħafna affarijiet ta’ qima nsibu li xi wħud iqimu lil xi bniedem, insetti, annimali, tjur, rettili u affarjiet oħra.

Egħluq

Forsi qed tgħid, “Imma jien ma nqimx dawn l-affarjiet li qiegħed issemmi.” Ħbieb, ħafna drabi nqimu affarjiet materjali mingħajr ma naħsbu. Jista’ jkun anke xi delizzju nispiċċaw inqimuh! Fi ftit kliem kwalunkwe ħaġa li npoġġu qabel Alla tispiċċa l-oġġett tal-qima tagħna.

Talba

Struzzjonijiet

Offerta

Stedina

Tislijiet

Related Media
See more
Related Sermons
See more