Lil Hinn mill-Bambin Ġesù

Evanġelizmu  •  Sermon  •  Submitted
0 ratings
· 14 views
Notes
Transcript

Il-Milja taż-Żmien

4 Iżda meta waslet il-milja taż-żmien, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-Liġi, 5 biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-Liġi, biex ikollna l-adozzjoni ta’ wlied. 6 U għax intom ulied, Alla bagħat l-Ispirtu ta’ Ibnu f’qalbna jgħajjat: Abba! Missier! 7 U hekk m’intix iżjed ilsir, iżda iben; u jekk iben, werriet ukoll bil-grazzja ta’ Alla. (Galatin 4:4-7)

Introduzzjoni

Waħda mit-traġedji tal-Milied hija li f'dan iż-żmien tas-sena ħafna madwar id-dinja jiċċelebraw staġun fejn il-biċċa l-kbira tan-nies jiċċelebraw avveniment li bilkemm jafu xejn dwaru. Kont sorpriż meta rajt nies li ġew intervistati barra minn Malta dwar xi fisser il-Milied għalihom. Ħafna minnhom l-anqas biss semgħu bl-istorja tal-Milied.
Dan l-avveniment jiġi ċċelebrat globalment iżda l-biċċa l-kbira tan-nies jiċċelebrawh billi jżejnu d-djar tagħhom, jixtru kif ukoll jingħataw rigali, jixorbu xorb alkoħoliku u jkun hemm fosthom dawk li jiskru, u jieklu mingħajr rażan. Ġesù qisu qatt ma eżista u minfloku l-protagonisti huma Santa Klaus; Rudolf, iċ-ċerva ta’ imnieħru aħmar; is-snowman; u is-siġra tal-Milied, fost ħafna affarijiet oħra.
Hemm dawk li jiċċelebraw dan l-avveniment sempliċiment b’mod ta’ tradizzjoni reliġjuża u fejn xi wħud jersqu lejn l-knisja tagħhom wara li jkunu ilhom ma jersqu lejn l-knisja għal xhur sħaħ.
Traġedja oħra hija li ħafna minn dawn in-nies reliġjużi jkomplu sena wara l-oħra, jqimu lil Ġesù Tarbija. Fil-fatt, ħafna huma dawk li għadhom fis-stadju tal-Kindergarten u jkantaw r-rhyma u innijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ Ġesú tarbija.
Din hija drawwa li writnia mingħand missierijietna u xhieda ta’ dan hi li narawh li fil-maġġoranza tal-poplu tagħna juża il-kelma bambin flok Ġesù s-sena kollha. Rari nisimgħu “Ġesù jbierkek” imma ta’ spiss nisimgħu “l-bambin ibierkek.” Donnu Ġesù baqgħa bambin ġewwa l-maxtura u qatt ma kiber!

Il-Messaġġ Veru tal-Milied

Il-messaġġ tal-Milied huwa li din it-tarbija, li unikament invadiet id-dinja, kibret biex tkun is-Salvatur tal-umanità. Il-kuraġġ qawwi u l-imħabba kbira tiegħu iġiegħluna nżuru l-art ta’ Betlehem, il-post minn fejn beda dan il-vjaġġ ċelestjali, il- Betlehem ta' twelid ġdid. (Mħabbra minn Ġakob f’Ġenesi 49:10 1,689 QK u Isaija 7:14 742 QK. Il-profeta Mikea 710 QK habbar:
2Imma int, Betlehem ta’ Efrata, l-iżgħar fost il-familji kollha ta’ Ġuda, minnek għad joħroġli wieħed li jkun jaħkem fuq Iżrael; hu għandu l-bidu tiegħu mill-qedem, sa minn dejjem ta’ dejjem (Mikea 5:2).

1) Alla Jħobbna

Alla jħobbna ħafna u jrid iberikna. Huwa ma jridx li nintilfu iżda l-akbar xewqa Tiegħu hi li l-irġiel u n-nisa kollha, huma min huma, u huma fejn huma jiġu salvati. Il-bniedem inħoloq minn Alla u għex f'armonija perfetta miegħu fil-Ġnien ta' Eden. Iżda meta Adam u Eva kissru r-relazzjoni intima li kellhom ma' Alla, billi ma obdewx l-kmand ta' Alla u minflok taw l-alleanza tagħhom lil Satana, dawn dinbu u kissru r-relazzjoni tagħhom m’Alla.
Id-diżubbidjenza hija att ta' ribelljoni u għalhekk hija dnub. Kien dan id-dnub li fired l-bniedem midneb minn m’Alla Qaddis. Bħala riżultat tal-waqgħa ta' Adam u Eva n-nisel tagħhom kollu twield b'natura dgħajfa u bħala konsegwenza aħna lkoll twelidna f'din id-dinja inklinati lejn il-ħażen. Aħna bħall-ewwel ġenituri tagħna, kollha dnibna u bħala riżultat infridna minn m’Alla.
Madankollu Alla m’abbandunax il-ħolqien Tiegħu u b’mod tal-għaġeb, Huwa fassal pjan qabel il-ħolqien tad-dinja biex jifdi l-umanità lura lejh Innifsu. Dan il-pjan huwa magħruf bħala l-Pjan tas-Salvazzjoni.
Hekk hu għażilna fih, sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, biex inkunu qaddisa u bla tebgħa quddiemu fl-imħabba – (Efesin 1:4).
Hu kien ippredestinat sa minn qabel ma saret id-dinja, imma deher fl-aħħar taż-żminijiet minħabba fikom (1 Pietru 1:20).

2) L-Inkarnazzjoni (Alla sar Bniedem)

Qabel it-twelid ta' Ġesù, għal mijiet ta' snin permezz tal-profeti tiegħu, Alla wiegħed Salvatur biex isalvana minn dnubietna. Biex iwettaq il-wegħda Tiegħu, Alla nnifsu ħa fuqu s-sura umana u sar bniedem — Ġesù Kristu. Huwa battal lilu nnifsu minn rajh mill-glorja pre-inkarnata Tiegħu li Huwa qasam mal-Qaddisa Trinità qabel l-att tal-ħolqien.
Il-Bibbja tgħidilna li Huwa ħalla l-glorja tas-sema u daħal f'din id-dinja bħala tarbija mwield minn mara verġni ta’ nisel Lhudi. Din il-mara kien jisimgħa Miriam jew kif nafuha aħna Marija. Dan ġara madwar 2,000 sena ilu fl-art ta' Iżrael. Ġesù huwa msejjaħ l-Iben ta' Alla u l-missjoni Tiegħu kienet li jmut minn flokna biex iħallas il-piena tad-dnub sabiex aħna niġu mifdija mill-saħta u ġudizzju tad-dnub u niġu rrestawrati lura biex igawdu x-xirka mill-qrib mal-Ħallieq tagħna.
Għax tweldilna tifel, ingħatalna iben; is-setgħa tkun fuq spallejh, u jsemmuh: “Kunsillier tal-għaġeb, Alla setgħan, Missier għal dejjem, Prinċep tas-sliem” – (Isaija 9:5).
5 Aħsbu bħalma kien jaħseb Kristu Ġesù: 6 hu li għad li kellu n-natura ta’ Alla, ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla, 7 iżda xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta’ lsir; sar jixbah lill-bnedmin, u deher minn barra bħala bniedem; 8 ċekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib. – (Filippin 2:5-8)
Bla ebda dubju, kbir hu l-misteru tal-fidi Kristjana tagħna: Hu deher fil-ġisem, kien iġġustifikat bl-Ispirtu, deher lill-anġli, ixxandar fost il-pagani, emmnuh fid-dinja, ittieħed fil-glorja. – (1 Timotju 3:16)
Għalhekk is-sinjal jagħtihulkom Sidi stess: Araw, x-xebba titqal u tiled iben, u ssemmih Għimmanu-el – (Isaija 7:14)

3) It-Twelid ta’ Kristu

Il-messaġġ tat-twelid ta' Ġesù kien mogħti lil grupp ta' irġiel imgħaġba u maħsuda. Il-ħtieġa ta' Salvatur probabbilment kienet l-inqas ħaġa fuq moħħhom f’dak il-ħin ta’ kwiet u sliem ta’ dak il-lejl ġewwa l-Palestina. Madankollu dan il-messaġġ kien ċar ħafna għalihom individwalment kif ukoll kollettivament. Il-kurżità, jekk xejn aktar, ġelithom jagħġlu lejn il-belt biex jaraw dak kollu li kien imħabbar lilhom mill-anġli u sabuha hekk kif kienu qalulhom.
Nistgħu naqraw l-istorja fid-dettal f’Mattew 1:18-25, Luqa 2:6-18.
15 Meta mbagħad l-anġli ħallewhom u telgħu s-sema, ir-rgħajja bdew jgħidu lil xulxin: “Ejjew immorru Betlehem ħa naraw x’ġara kif għarafna l-Mulej.” 16 Marru mela jagħġlu, u sabu lil Marija u ’l Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura. 17 Kif raw dan, bdew jgħarrfu b’kulma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija, 18 u kull min semagħhom baqa’ mistagħġeb b’dak li qalulhom ir-rgħajja. 19 Marija, min-naħa tagħha, baqgħet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha. 20 Ir-rgħajja mbagħad reġgħu lura, isebbħu u jfaħħru lil Alla għal kulma kienu raw u semgħu, kif l-anġlu kien qalilhom – (Luqa 2:15-20).

4) Ħelsien u Ferħ Kbir lill-Poplu Kollu

F’kapitlu tnejn ta’ Luqa l-anġli ddikjaraw li ġabu aħbar tajba ta' ferħ kbir lill-poplu KOLLU. Nafu mill-Iskrittura li d-dinja kollha kienet affettwata mill-miġja ta' Ġesù f'din id-dinja (QK u WK). It-twelid ta 'Ġesù ġab ferħ kbir lil dawk li iħobb id-dawl iżda taqlib sħiħ għax-xitan u s-segwaċi tiegħu. Irridu nirrealizzaw li Ġesù ġie f'din id-dinja tagħna biex iressaqna lejn id-Dawl u biex inkunu nistgħu ngawdu għejxien abbundanti u mhux insiru skjavi tal-għadu ta' ruħna — Satana!
4 (Ġesù) kellu l-ħajja fih, u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin. 5 Id-dawl jiddi fid-dlam, imma d-dlam ma għelbux. 6 Kien hemm raġel mibgħut minn Alla, jismu Ġwanni. 7 Dan ġie bħala xhud, biex jixhed għad-dawl, biex bih kulħadd jemmen. 8 Ġwanni ma kienx id-dawl, imma ġie biex jixhed għad-dawl, 9 dak id-dawl veru, li jdawwal kull bniedem, huwa u ġej fid-dinja. 10 Kien fid-dinja, u d-dinja saret bih,
imma d-dinja ma għarfitux. 11Ġie f’daru, u niesu ma laqgħuhx. 12 Imma lil dawk li laqgħuh tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla, dawk li jemmnu f’ismu,13 li twieldu mhux mid-demm, anqas mill-ġibda tal-ġisem, u anqas mir-rieda tal-bniedem, iżda minn Alla. 14 U l-Verb (Kelma) sar bniedem u għammar fostna, u aħna rajna l-glorja tiegħu, il-glorja li għandu mill-Missier bħala Ibnu l-waħdieni, mimli bil-grazzja u l-verità – (Ġwann 1:4-14).
Il-ħalliel ma jidħolx jekk mhux biex jisraq u joqtol u jeqred. Jiena ġejt biex ikollkom il-ħajja, u ħajja bil-kotra. (Ġwann 10:10)
Iżda min jagħmel id-dnub ġej mix-Xitan, għax ix-Xitan dineb sa mill-bidu. Kien għalhekk li deher l-Iben ta’ Alla, biex iħott kulma għamel ix-Xitan (1 Ġwann 3:8).
Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. (Ġwann 3:16).
Talba
Struzzjonijiet u Offerta
Stedina

Egħluq

L-Insara veri jeħtieġ li jġibu f'bilanċ li jonora t-Twelid ta' Kristu b'mod den. Huwa tabilħaqq possibbli li niċċelebraw il-Milied b'mod li jirrifletti l-attitudni li r-ragħaj kellhom meta raw lil Ġesù! Huma xerrdu l-kelma dwar il-Kristu, u gglorifikaw u faħħar ‘l Alla għas-Salvatur imwiegħed. Ġesù għadu llum s-Salvatur mwiegħed għal dawk li jilqgħu lilu fil-qlub tagħhom u jitwieldu Mill-ġdid!
Dawk kollha li jikkunsidraw lilhom nfushom bħala Insara għandhom jieħdu vantaġġ minn dan l-avveniment billi nxerrdu l-Aħbar it-Tajba tar-raġuni vera għaliex Ġesù ġie fid-dinja. Aħna proprjament ma niċċelebrawx il-25 ta’ Diċembru iżda l-Avvent (miġja) innifsu! L-Avvent ta’ dan l-avveniment.
Nieħu l-opportunità biex f’isem l-Knisja Pentekostali Cornerstone nixtieqilkom Milied ħieni u mimli ferħ hekk kif tistiednu lil-Mulej Ġesù ġewwa qalbkom u sservuħ bħala s-Sid tagħkom.
Related Media
See more
Related Sermons
See more